Titlaq minn EastEnders wara 35 sena

Ritratt: BBC

L-attriċi ta’ 93 sena Juen Brown ħabbret li wara 35 sena telqet għal kollox mis-soap opera Ingliża EastEnders. Hija kienet tinterpreta l-karattru ikoniku ta’ Dot Cotton.

Fl-Ingilterra ilhom ma jaraw lil dan il-karattru madwar xahar meta ssemmiet li telqet lejn l-Irlanda.

Issa waslet il-konferma uffiċjali li l-attriċi telqet u m’għandha l-ebda ħsieb li terġa’ tirritorna f’din is-soap opera Ingliża.

Bla dubju li l-karattru ta’ Dot huwa l-aktar wieħed popolari fis-sensiela u kien beda jidher fl-1985, ftit żmien wara li bdiet tixxandar din is-sensiela.

Hi dehret dejjem minn dak iż-żmien apparti għal żewġ perjodi qosra fl-1993 u fl-1997.

Kellha bosta stejjer li qajmu diskussjoni fosthom l-ewtanasja, il-kanċer u l-omofobija.

Brown rebħet bosta unuri għall-interpretazzjoni tagħha ta’ dan il-karattru u saħansitra fl-2005 ġiet rikonoxxuta bil-Lifetime Achievement Honour waqt il-British Soap Opera Awards.

Kelliema għas-senseila EastEnders ikkonfermaw li l-attriċi telqet u qalu li l-bieb għaliha jibqa’ miftuħ jekk hi tkun tixtieq li tmur lura.