Titlaq lil żewġha wara 12-il ġurnata

L-attriċi Pamela Anderson ma tantx damet mar-raba’ raġel tagħha għax infirdu wara 12-il ġurnata biss. L-attriċi ta’ Baywatch iżżewġet lil Jon Peters f’ċerimonja intima f’Malibu ġimagħtejn ilu.

Pamela, ta’ 52 sena, qalet lill-ġurnal The Hollywood Reporter li kienet baqgħet skantata kemm iż-żwieġ tagħhom intlaqa’ b’ferħ minn tant nies.

“Iżda issa qed nitolbu lil kulħadd biex issa li ma għadniex flimkien jagħtuna ċans biex naħsbu x’irridu mill-ħajja,” qalet l-attriċi. “Il-ħajja hija vjaġġ u l-imħabba hija proċess. Grazzi talli se tirrispettaw il-privatezza tagħna.”

Pamela u Jon kienu miżżewġa erba’ darbiet qabel. Huma ltaqgħu l-ewwel darba fis-snin 80. Jon jgħid li meta raha l-ewwel darba mill-ewwel ħass li xi darba dik it-tfajla kellha tkun stilla. Kien ipproponhielha għaż-żwieġ imma ma ridetx.

Jon, li għandu 30 sena aktar minnha, ma qatax qalbu u qata’ xewqtu dan l-aħħar u sostna li d-differenza fl-età tagħhom ma kinetx se tagħmel wisq differenza.