Titlaq l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta t’Għawdex

Illum ingħata bidu għar-Regatta t'Għawdex fejn mas-17-il dgħajsa bil-qlugħ qed jieħdu sehem f'dan l-avveniment li issa daħal sewwa fil-kalendarju tal-attivitajiet sportivi ewlenin fil-gżira Għawdxija.
Organizzata mir-Royal Malta Yacht Club, il-BOV Gozo Regatta tgħaqqad it-tlielaq ma’ avvenimenti ta’ soċjalizzazzjoni għall-qaddiefa wara x-xahar verament imħabbat tar-Rolex Middle Sea Race f’Ottubru.
It-tlielaq qed jinkludu waħda tal-pass bejn Malta u Għawdex li telqet dalgħodu, tlielaq kostali f’Għawdex matul il-jum t'għada u tellieqa tal-pass lura lejn Malta nhar il-Ħadd.
Ilbieraħ ġiet imnedija l-edizzjoni ta' din is-sena tal-BOV Gozo Regatta minn Horace Laudi, Maniġer Reġjonali għal Għawdex tal-Bank of Valletta.
Huwa indirizza lill-kaptani tad-dgħajjes parteċipanti u awgura kundizzjonijiet tat-tbaħħir tajba għat-tellieqa