Titla’ fuq il-blat għal stessu u tispiċċa mgħarrqa

Tfajla mietet mgħarrqa wara li ppruvat tieħu stessu ma’ tnejn minn sħabha, fuq blat ta’ bajja f’Mumbaj.  
It-tliet tfajliet telgħu fuq il-blat għal ritratt iżda tilfu l-bilanċ u spiċċaw fil-baħar. 
L-għajjat tagħhom ġibed l-attenzjoni ta’ raġel li kien miexi fuq il-bajja u li mar isejjaħ għall-għajnuna. 
Il-lifeguard qabeż mill-ewwel fil-baħar u rnexxielu jsalva żewġ tfajliet. 
Lit-tfajla l-oħra ma rnexxielux isalvaha u spiċċa biex anke hu tilef ħajtu meta l-kurrent ġibdu ’l isfel.