Titkeċċa mix-xogħol permezz ta’ SMS

Mara mill-Istati Uniti ġiet immkeċċija mix-xogħol wara li din staqsiet għar-roster. Il-mara nnutat li għal xhur sħaħ ma kinitx qiegħda fuq ir-roster.

Fi tweġiba għall-messaġġ tagħha, il-mara ġiet infurmata li ġiet immkeċċija mix-xogħol għaliex kienet tqila. Intant il-messaġġ kompla jgħid li l-fatt li ma qalitx li kienet tqila waqt l-interview wassal sabiex hi tiġi mkeċċija.

Il-mara ħadet screen shot ta’ din il-konverżazzjoni u f’post fuq Facebook staqsiet jekk ħaġa bħal din hija aċċettabbli.

Il-mara minn Washington, kienet impjegata ta’ Jersey Mike’s, kumpanija ta’ fast food fl-Amerka.