Titkeċċa mill-Ingilterra u l-Ġermanja jekk ma ssibx xogħol fi 3 xhur

Immigranti fl-Ingilterra u fil-Ġermanja jistgħu jitkeċċew mill-pajjiż jekk ma jirnexxilhomx isibu xogħol fi żmien tliet xhur minn wara l-wasla tagħhom.
Il-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel assigurat lil Cameron li l-Ġermanja se tkun qed tagħti s-support kollu tagħha f’dan il-pass.
Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron qal li jekk jerġa’ jsir Prim Ministru fl-elezzjoni li jmiss, se jieħu lura f’pajjiżu l-poter li ħaditlu l-Unjoni Ewropea.
L-elezzjoni dwar Gvern Ingliż ġdid, se ssir ftit xhur qabel ir-referendum dwar jekk l-Ingilterra għandhiex tibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea jew le.