Il-bajja tal-Balluta f’San Ġiljan tkabbret permezz ta’ proġett ta’ żieda tar-ramel.
Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-bajja tkabbret b’20 metru biex tkun tista’ tiflaħ aktar nies. Qal li jista’ jkun li jitkabbru aktar bajjiet fil-futur.
Experimental Sand Renourishment has been carried out in #BallutaBay – The bay has been extended to accommodate more people
We now have a #beach of approx 20m width
As Ministry for Tourism we are also exploring the #possibility of extending a number of other beaches in #Malta pic.twitter.com/AZmMbudFSp
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) August 4, 2018
Is-Sindku ta’ San Ġiljan Guido Dalli qal li l-bajja reġgħet infetħet dalgħodu wara x-xogħol li sar. Żied jgħid li se jkun hemm ukoll showers, lifeguards, u faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-iskart.
Dalghodu regghet infethet il bajja ta Balluta wara xoghol ta tizdied ta ramel fil bajja. F din il bajja aparti showers…
Posted by Guido Dalli on Saturday, August 4, 2018
Fi stqarrija Konrad Mizzi qal li żar il-bajja tal-Balluta.
Mizzi qal li “wara studji ambjentali u xjentifiċi ġie mfassal pjan bil-għan li jressaq lura lejn ix-xtajta r-ramel li ħareġ ’il barra fil-baħar tul is-snin u li wassal biex il-bajja, bi proċess naturali, spiċċat kważi fix-xejn.”
Spjega li din mhix bajja permanenti u jista’ jkun li jrid isir xogħol ieħor fil-futur.