Titjriet b’xejn jekk issiefer għall-kura

DOI - Jeremy Wonnacott

Pazjenti li jkollhom jfittxu kura medika barra minn Malta bdew jingħataw biljetti tal-ajru b’xejn minn dan ix-xahar. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn qal li l-baġitt għat-trattament barra minn Malta żdied bi kwart ta’ miljun ewro. Sax-xahar li għadda l-adulti li ma jkunux għaddew mill-means test, kellhom jħallsu l-biljetti għat-titjira huma. Il-kura se tibqa’ b’xejn.

Mill-2014 iż-żewġ ġenituri qed jintbgħatu b’xejn mat-tfal li jkollhom bżonn trattament barra minn Malta. In-numru ta’ konsulenti li jinġiebu Malta biex jaraw il-pazjenti żdied sostanzjalment mill-2013.