Titjiriet bir-ritorn b’inqas minn €50 ewro

Għandek ħsieb tmur għal vjaġġ qsajjar din ix-xitwa? Skont Skyscanner jidher li l-prezzijiet tat-titjitiret huma pjuttost irħas fix-xahar ta’ Novembru.

Fix-xahar ta’ Novembru hemm titjiriet minn Malta għal diversi bliet Taljani bħal Ruma, Pescara, Napli, Venezja u Pisa, bir-ritorn b’inqas minn €50. F’dan l-istess xahar se jkun hemm titjiriet għall-belt ta’ Cluj-Napoa fir-Rumanija taħt il-€50 wkoll.

Jekk wieħed jixtieq iżur xi bliet fit-ċentru u it-tramuntana tal-Ewropa bħal Baden-Baden, Nurenberg u Cologne fil-Ġermanja u Brussell fil-Belġju jista’ jagħmel dan bl-istess prezzijiet. Għal vaganza iktar romantika, wieħed jista’ jmur f’xi belt fi Franza, bħal Pariġi, Toulouse, Bordeaux jew Marseille b’dan l-istess prezz.

Vjaġġi għall-Greċja, Maċedonja, Svezja, Polonja, l-Olanda, l-Portugal, Slovakia, l-Ungerija u r-Renju Unit b’dawn it-tip ta’ prezzijiet ma jonqsux. Naturalment, il-prezzijiet ivarjaw minn żmien għall-ieħor u ma japplikawx għall-ġranet kollha tax-xahar.