Titjiriet tal-Air Malta jittardjaw b’nofs siegħa minħabba strajk

Minħabba azzjoni industrijali li qed jieħdu l-ekwipaġġ tal-ajruplan, it-titjiriet kollha tal-Air Malta qed jiġu ttardjati b’ nofs siegħa.
Kelliem għall-Air Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li bħal issa jinsabu għaddejjin id-diskussjonijiet bejn il-kumpanija u l-Union of Cabin Crew (UCC) biex jissolvew il-problemi. Għadu mhux magħruf sakemm se tibqa’ għaddejja din l-azzjoni.
F’laqgħa għall-ġurnalisti f’Settembru li għadda, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi kien ħabbar li sal-1 ta’ Jannar tal-2018, il-ftehim kollettiv il-ġdid irid ikun iffirmat. Dak inhar, kien saħaq li għadhom għaddejjin taħditiet mal-unjins, iżda fi kliemu ma kien hemm l-ebda żblokk.
Ritratt: Arkivji