Titjiriet minn u lejn Malta se joperaw wara l-iżbroff tal-Etna

Minkejja li dalgħodu kien hemm dewmien f’titjiriet lejn Katanja, it-titjiriet se joperaw b'mod normali.
Dan wara li dalgħodu titjira tal-Airmalta minn Malta lejn Katanja telqet tliet sigħat tard minħabba l-iżbroff tal-vulkan Etna.
Kelliem tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li llum it-titjiriet reġgħu lura għan-normal.
Ilbieraħ l-ajruport Fontanarossa f’Katanja ngħalaq minħabba l-iżbroff u ħarbat titjiriet tal-Alitalia u Ryanair minn Ruma u Eindhoven.
Kien hemm ukoll titjiriet li ttardjaw u oħrajn li ġew kkanċellati. 
Dan kien l-ewwel żbroff tal-vulkan Etna f'aktar minn sena.