Titjiriet ma jinżlux Malta minħabba l-maltemp

Għadd ta’ titjiriet li fil-ħin li għadda kellhom jinżlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spiċċaw niżlu f’ajruporti oħra minħabba l-maltempata li ħakmet Malta għall-ħabta ta' 12.10pm.
Fost it-titjiriet li niżlu fl-ajruport ta’ Katanja kien hemm ħames titjiriet li telqu mill-ajruport ta’ Frankfurt, tnejn minn Munich u tnejn minn Charles de Gaulle.
Ajruplan ieħor kellu jinżel f’Tuneż u titjira oħra li telqet minn Bergamo niżel fi Trapani.
It-titjiriet tal-ajru affettwati kienu Lufthansa, Air Canada, Air Malta, LOT Polish, Australian Airlines, Tunisair Express, Ryanair, u Air France.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ rappreżentant tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li qal li xi titjiriet mhux se jinżlu fil-Gżejjer Maltin qabel ma jikkalma l-maltemp. Minkejja dan, mhux it-titjiriet kollha waqfu hekk kif uħud mill-ajruplani xorta niżlu Malta.