Titjiriet lejn Londra affettwati minn problema teknika

Madwar 420 passiġġier, li dalgħodu kellhom iħallu Malta lejn Londra qed jistennew fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta minħabba problema  teknika f'waħda mis-sistemi ta' kontroll tal-ajru ewlenin fir-Renju Unit. 

Ma' Newsbook.com.mt uffiċċjal tal-Air Malta qal li s'issa ġew affettwati żewġ titjiriet, KM 100 li kellu jħalli Malta għal Heathrow fit-7.50 ta' dalgħodu u KM 116 li kellu jitlaq fid-8.40 għal Gatwick. It-titjira lejn Heathrow għandha tħalli Malta għal ħabta tal-11.15am, filwaqt li dik lejn Gatwick se titlaq fi 12.23pm.

L-uffiċjal tal-linja tal-ajru nazzjonali qal li s-sistema mistennija tiġi lura għan-normal għal ħabta tat-3pm u għaldaqstant it-titjira KM102 lejn Heathrow li għandha titlaq fil-4.50 pm m'għandhiex tiġi affetwata.

Il-linja tal-ajru nazzjonali tiskuża ruħa mal-klijenti kollha minħabba dan l-inkonvenjent li ma kellha l-ebda kontroll fuqha.

 

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok.