Titjiriet jittardjaw minħabba ħsara fis-sistema taċ-‘check-in’

L-Air Malta kienet fost numru ta’ linji tal-ajru li dalgħodu kienu affetwati minn waqfien fis-sistema kompjuterizzata taċ-‘check in’. Riżultat ta’ hekk, xi titjiriet damu ftit biex telqu minn Malta.

Is-sistema Sabre tintuża minn aktar minn 400 linja tal-ajru madwar id-dinja.

Din issa tranġat u qed tiġi lura għan-normal bil-mod il-mod. Għalhekk jista’ jkun hemm dewmin fit-titjiriet matul il-jum.

Sakemm issolviet il-problema, l-Air Malta użat is-sistema manwali biex jinħarġu l-‘boarding passes’ għall-passiġġieri.