Titjiriet diretti lejn Doha

Fis-sajf se jibdew tijiriet diretti lejn Malta minn Doha kuljum filwaqt li fix-xitwa s-servizz se jkun provdut erba’ darbiet fil-ġimgħa. Dawn it-titjiriet se jibdew mill-4 ta’ Ġunju.

Il-Qatar Airways se jkunu qed joperaw din ir-rotta permezz ta’ Airbus A320 bl-idea li jtejjbu l-konnessjoni tar-rotot ta’ tijiriet twal.

Ir-rotta l-ġdida tħabret wara li ġie konkluż ftehim bejn il-Qatar u Malta. Dan kien imħabbar mill-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi jinsab il-Qatar fejn kellu taħdidiet mal-Kap Eżekuttiv tal-Qatar Airways.

Dan kien it-tieni ftehim bejn Malta u l-Qatar Airways, hekk kif sar ftehim ieħor biex l-Air Malta tagħti taħriġ lill-piloti tal-Qatar Airways.