Titjiriet bi skont għal 9 destinazzjonijiet

Turkish airlines titjiriet

It-Turkish Airlines ħabbru li mill-lum se jibdew offerta għal meta ttir minn Malta għal 9 destinazzjonijiet.

Id-destinazzjonijiet huma Istanbul, Tel Aviv, Moscow, Hurghada, Berlin, Kathmandu, Kiev, Bucharest, Beirut. Però, l-iktar li tista’ ddum huwa 15-il ġurnata, u ma tistgħax tibdel id-dati jew tieħu flus lura jekk tkun ġa qtajt il-biljett u bdilt fhemtek.

Ħabbru wkoll li tista’ tixtri dawn il-biljetti bl-iskont bejn il-5 u s-26 ta’ Settembru, però, is-safra tista’ tkun bejn il-5 ta’ Settembru u l-31 ta’ Marzu. Minn naħa l-oħra, l-offerta mhux valida għal titjiriet bejn l-20 sal-31 ta’ Diċembru, u bejn il-1 sal-10 ta’ Diċembru.

Tista’ ssegwi iktar dettalji hawn.