Titjiriet affettwati wara li sajjetta laqtet it-Torri tal-Kontroll

Dalgħodu, it-Torri tal-Kontroll tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, intlaqat b’sajjetta li kkawżat ħsarat tekniċi fl-apparat tal-kumpanija.
Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru spjega kif bħala prekawzjoni, twaqqaf b’mod temporanju l-operat tal-ajruplani li jgħaddu minn fuq l-Airspace Maltija sakemm issolviet il-problema.
Jidher li s-sistemi  tal-Malta Air Traffic Services ġew lura għan-normal u l-operat reġa’ ġej għan-normal.
Intant, fi stqarrija, kelliema għall-Ajuport Internazzjonali ta’ Malta spjegat li għadd ta’ titjiriet ġew affettwti. Dawn huma:

  • Titjira ta’ Ryanair FR7591 minn Ruma Fiumicino
  • Titjira ta’ Ryanair FR7592 lejn Ruma Fiumicino
  • Titjira tal-Wizzair W67766 lejn Skopje
  • Titjira tal-Air Malta KM116 għal Gatwick f’Londra
  • Titjira tal-Air Malta KM306 għal Munich