Titjira tinżel l-Olanda minflok Malta wara emerġenza

Titjira minn Edinburgh għal Malta spiċċat biddlet ir-rotta lejn l-Olanda wara inżul ta’ emerġenza, dan għaliex passiġġier kellu xi problemi ta’ saħħa.

It-titjira ta’ Ryanair FR6695 telqet mill-Ajruport ta’ Edinburgh ftit wara s-7am ta’ dalgħodu u kienet skedata li tasal Ħal Luqa f’11.50 am. Iżda kien għall-ħabta ta’ 8 am li ġiet iddikjarata emerġenza bl-ajruplan jinżel f’Eindhoven.

It-titjira kompliet lejn Malta wara li l-ajruplan niżel fl-Olanda u l-passiġġier tniżżel biex jieħu l-kura neċessarji.