Titjira tasal Malta xi 10 sigħat tard; “problemi tekniċi” – AirMalta

Titjira tal-AirMalta minn Katanja waslet Malta disgħa sigħat u 36 minuta tard skont is-sit tal-AirMalta.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għal-linja tal-ajru Maltija li spjega li dak seħħ minħabba problemi tekniċi. It-titjira KM513 kellha tasal Malta propju f’nofsillejl, madanakollu waslet fl-ajruport propju fid-9.36am.

Il-kelliem spjega li minkejja dan l-ittardjar fit-titjira, it-titjiriet tal-lum qed jaħdmu skont l-iskeda.