Filmat: Titjira tal-Malaysia Airlines tikkraxxja fl-Ukraina

Ajruplan tal-Malaysia Airlines b’295 passiġġier abbord ikkraxxja fl-Ukraina.
It-titjira telqet minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur meta l-ajurplan tilef il-kontroll fil-fruntiera bejn l-Ukraina u r-Russja.
Apparti l-passigġġieri abbord kien hemm ukoll 15-il membru tal-ekwipaġġ. 
Din l-istraġi seħħet wara li tliet xhur ilu intilef ajruplan ieħor tal-Malaysia Airlines fl-oċean Indjan.  
Rapporti fil-midja internazzjonali qed isostnu li skont il-Ministru għall-Intern Ukren, l-ajruplan twaqqa' mis-separatisti Russi li qed jissieltu fil-fruntiera. 
Esperti ballistiċi qalu li biex jitwaqqa' ajruplan kbir bħal tal-Malaysia Airlines, jeħtieġ missila long-range li titmexxa bir-radar. 
L-ajruplan kien f'għoli ta' 10,000 metru mill-art.