Aġġornata: Numru ta’ titjiriet ikollhom jinżlu Palermo minħabba l-maltemp

10:41am: Fl-aħħar ħin iżjed titjiriet li kellhom jinżlu Malta ntbagħtu Palermo minħabba l-maltemp li qed jolqot il-gżejjer Maltin.
Minn tal-inqas 4 titjiriet ġew affettwati.

Kawża ta' dan, titjiriet li kellhom iħallu Malta fil-ħin li ġej, mistennija jittardjaw.
 

Intant, ilbieraħ filgħaxija titjira tal-Air Malta li kellha tasal Malta minn Katanja fi Sqallija kellha ddur lura minħabba l-maltemp.
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li t-titjira KM643 li kellha tinżel Malta fil-11:05pm, kellha tintbagħat lura Sqallija għax ma kienx sigur li tinżel Malta.
It-titjira marret lura Sqallija sakemm niżlet Malta aktar minn sagħtejn wara, għall-ħabta tas-1:15am.
Il-bassara indipendenti Malta Weather bassru maltempqawwi fuq Malta tard ilbieraħ filgħaxija u fis-sigħat bikri ta’ dalgħodu.
Intant, il-maltemp mistenni jippersisti matul il-ġurnata l-lum u anke jkompli jiżdied ir-riħ.
Skont l-Uffiċċju Meteoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, matul il-ġurnata nistennew iżjed xita u maltempati bir-ragħad.