Titjira tal-Air Malta minn Ruma għada filgħodu

Read in English.

L-Air Malta se torganizza titjira ta’ ripatrijazzjoni minn u lejn Ruma għada filgħodu. L-Air Malta qalet fi stqarrija li se ġġorr il-passiġġieri minn Ruma kif ukoll materjal mediku kritiku.

Diversi pajjiżi ħabbru waqfien tal-ivvjaġġar minħabba t-tixrid tal-coronavirus. Il-Gvern waqqaf helpline fejn iċ-ċittadini u residenti Maltin jistgħu jċemplu biex jikkonfermaw l-arranġamenti tal-ivvjaġġar. In-numru huwa +356 22042200 jew permezz ta’ email sitcen.mfea@gov.mt. Intqal ukoll li l-persuni jistgħu wkoll jagħmlu kuntatt mal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma.

Dettalji tat-titjira:

Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li se tkun qed iżżomm lill-klijenti tagħha aġġornati permezz tal-websajt tagħha u fuq il-midja soċjali.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn