Titjira minn Londra b’theddida ta’ bomba

Titjira tar-Ryanair li kienet qed ittir minn Londra għan-Norveġja irnexxielha tasal b’mod sigur fl-ajruport prinċipali ta’ Oslo wara li rċeviet theddida ta’ bomba abbord l-ajruplan waqt li dan kien diġa fl-ajru llum wara nofsinhar.

Is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata hekk kif l-ajruplan kien eskortat fl-ajru minn ajruplan militari Daniż. Il-Pulizija qalet li raġel Ingliż ta’ 51 sena ġie arrestat hekk kif hu suspettat li kien il-moħħ wara t-theddida.

L-ajruplan ġie spezzjonat mill-iskwadri tal-isplussiv u tal-emerġenza wara li l-passiġġieri ġew kollha evakwati b’mod sigur. Fuq l-ajruplan kien hemm 142 passiġġier abbord kif ukoll numru mhux magħruf ta’ membri tal-ekwipaġġ.

Il-Pulizija qalu li t-theddida nstabet f’forma ta’ ittra fuq l-ajruplan.

https://newsbook.com.mt/titjira-ta-ryanair-tinzel-flondra-wara-nota-ta-bomba-fuq-l-ajruplan/Nhar it-Tlieta titjira oħra tar-Ryanair kellha tinżel f’Londra wara theddida ta’ bomba fuq l-ajruplan. It-ttjira minn Krakovja għal Dublin kellha titniżżel qabel ma waslet fid-destinazzjoni tagħha wara li nstabet nota fit-toilet li kienet tgħid li hemm splussiv abbord l-ajruplan.