Titjira minn Istanbul tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Malta

Titjira tat-Turkish Airlines li kienet sejra minn Istanbul fit-Turkija għal Accra fil-Ghana spiċċat niżlet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba xi emerġenza.

Dan ħareġ fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Horizon li għandha website li ssegwi t-titjiriet militari u ġieli anke dawk ċivili. Ġie spjegat li t-titjira TK628 niżlet Malta lbieraħ fit-2.55pm, iżda r-raġuni għaliex seħħ dan għadha ma ġietx determinata.

Din niżlet f’runway 31 iżda għal xi ħin ma setgħetx iċċedi r-runway sabiex il-ħidma tal-ajruport ma tiġix mittiefsa, u b’hekk kellha tingħalaq għal xi ħin.

Horizon spjegat li l-piloti ġew mitluba jagħmlu spezzjoni fuq barra tal-ajruplan qabel ma mxew f’żona fejn setgħu jipparkjawh. Intant, kawża ta’ dan, titjira tar-Ryanair kellha ddewwem l-inżul tagħha minħabba li l-ajruplan Boeing kien qed jokkupa r-runway fil-ħin skedat għall-inżul tagħha.

Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-ajruport dwar dan, madanakollu s’issa għadha ma waslitx risposta dwar il-każ.

Breaking News: Turkish Airlines #TK629 diverts to MaltaTurkish Airlines flight TK629 from İGA İstanbul Airport to…

Posted by Horizon on Tuesday, May 14, 2019