Titjira minn Beijing għall-Macao tinżel b’emerġenza

Ajruplan fiċ-Ċina, b’166 passiġġier fuqu, kellu jagħmel inżul t’ emerġenza wara tħassib dwar problemi tekniċi. Weġġgħu daqs 5 persuni b’mod ħafif.

L-ajruport kellu jagħlaq ir-runway għal 3 sigħat minħabba din it-titjira, JD5759, li kienet sejra il-Macao. Dan irrapurtawh l-ajruport fuq midja soċjali tagħhom li jixbaħ lil Twitter.

Il-membri tal-ekwipaġġ ikkonkludew li l-apparat tal-inżul ġarrab xi ħsarat,skont il-messaġġ fuq il-midja soċjali.