Titjira għal Malta jkollha tieqaf Sqallija minħabba l-qawwa tar-riħ

Miguela Xuereb

Titjira mill-Irlanda għal Malta kellha tieqaf Sqallija minħabba r-riħ qawwi fil-Gżejjer Maltin.

It-titjira tal-linja tal-ajru Ryanair, FR7242, kellha tasal f’Malta minn Dublin fil-11.20am. Madankollu, it-titjira kellha tieqaf f’Katanja minflok, peress li hawn riħ qawwi madwar Malta.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku bassar riħ qawwi għal qawwi ħafna mill-Punent Majjistru li jsir ftit qawwi billejl. It-twissija dwar ir-riħ qawwi tibqa’ valida sal-11pm.