Titjira għal 3,000 sena fil-passat b’€2 biss

Read in English.

Nhar il-Ħadd, id-dħul fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien se jiswa €2 biss! Dan se jsir fl-okkażjoni ta’ Jum Tarxien.

It-Tempji ta’ Ħal Tarxien, parti mil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, huma erba’ tempji li nbnew fiż-Żmien Neolitiku (bejn it-3600 u l-2500 sena QK), u reġgħu ntużaw fil-perjodu tal-Bronż (bejn l-2400 u l-1500 sena QK).

Apparti mill-wirt storiku u kulturali, wieħed jista’ jammira l-veduta unika tal-fdalijiet preistoriċi, huwa u jippassiġġa mad-dawra tat-Tempji.

It-Tempji ta’ Ħal Tarxien jiftħu bejn id-9am u l-5pm, bl-aħħar dħul fl-4.30pm.

Għal iktar tagħrif dwar Heritage Malta żur is-sit www.heritagemalta.org, jew il-paġna uffiċjali tal-aġenzija fuq Facebook.