​Titjib marġinali fil-puntwalità tat-trasport pubbliku

Il-puntwalità tat-trasport pubbliku fl-2014 kienet 5% itjeb minn dik rreġistrata sentejn qabel.
Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia.
Mizzi qal li fl-2012 il-kumpannija arriva rreġistrat puntwalità ta’ 89%, rata li żdiedet għal 91% matul is-sena ta’ wara u għal 94% fl-2014.