Titjib konsiderevoli fil-prestazzjoni tal-għawwiem Andre Camilleri

FB: LEN

Andre Camilleri ipparteċipa f’tellieqa ta’ 5km iddedikat għal żgħażagħ bejn l-14 u l-15-il sena. Hu rnexxielu jagħmilha f’minuta u 15-il sekonda u spiċċa fil-15-il post minn 36 kompetitur. Għal Camilleri dan il-ħin fisser titjib konsiderevoli meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Fil-kompetizzjoni, s-sena l-oħra Camilleri spiċċa l-aħħar u daħal tlett minuti wara l-għawwiem li kien qablu. Il-coach ta’ Camilleri hu Roland Eskudt. Camilleri ħa sehem fil-LEN European Junior Open Water Swimming Championships li qed isiru fir-Repubblika Ċeka. Fl-istess kampjonat ħadet sehem Sarah Demicoli. Hija għamlet it-tellieqa ta’ 10km.