Titjib fis-servizzi fir-residenza San Vinċenz de Paul

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana attendiet attività fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn apparat ġdid ngħata lill-ħaddiema biex jintuża fis-swali.
Dan l-apparat se jgħin lill-ħaddiema f’xogħolhom.
Justyne Caruana qalet li dan l-apparat huwa frott ta’ ħidma tal-ħaddiema li għamlu business plan relattiv flimkien mal-amministrazzjoni tar-residenza.
Ħabbret kif din hija l-ewwel konsenja minn fost senisiela ta’ konsenji ta’ apparat ġdid.

Ritratt: DOI – Clifton Fenech