Riforma fil-Meals on Wheels f’Għawdex

MGOZ - George Scerri

​Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret riforma fis-servizz tal-Meals on Wheels f’Għawdex, li bħalissa jikkonsisti f’ikla ta’ żewġ platti u deżerta darba kuljum, jew fil-ġranet mixtieqa għall-prezz ta’ €2.33 għal kull ikla li jitħallsu fix-xufier darba f’ġimgħa.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru qalet li ġew introdotti prassi ġodda fl-ipproċessar, fl-ippakkjar u fit-tqassim tal-ikel.

Huma intitolati għal dan is-servizz dawk li għalqu sittin sena jew persuni bi bżonnijiet speċjali li jippreżentaw kopja tal-ispecial ID card.

Tfassal ukoll menu mill-esperti biex ikopru kull esiġenza tal-klijenti kif ukoll kundizzjonijiet kroniċi li jiddeterminaw x’tip ta’ ikel jista’ u għandu jiġi pprovdut lil klijenti partikolari, u allura menu b’kontenut lactose freegluten free kif ukoll dak għad-dijabetiċi.

Il-Ministru rringrazzjat lill-għaqda mhux governattiva Friends of the Sick and the Elderly li fl-aħħar snin ipprovdiet dan is-servizz.