Titħassar l-protesta kontra l-immigrazzjoni irregolari

Il-protesta li kienet se ssir nhar il-Ħadd li ġej kontra l-immigrazzjoni irregolari ġiet ikkanċellata. Dan qalu l-organizzatur fuq paġna tal-Facebook.

L-organizzatur qal li din il-protesta se tiġi kkanċellata minħabba li ħafna qed jassumu li hu Nazzjonalist u li kien se jagħmel dan biex itellef il-Partit Laburista u l-Prim Ministru.

Semma’ ukoll l-fatt li ħafna persuni jippreferu jikkritikaw il-qagħda tal-immigrazzjoni f’Malta imma m’humiex lesti jieħdu azzjoni konkreta.

Saħaq li hu kien il-persuna li ta ċans il-poplu biex jingħaqad u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar din il-problema. Tenna ukoll li hu kien meħsiebu jiżvela l-identità tiegħu dakinhar tal-protesta.