Il-logħba minn Ligue 1 ta’ Paris St-Germain ġewwa Strasbourg, li kellha tintlagħab, ġiet posposta minħabba li beda jinxtered il-coronavirus fil-pajjiż. Din hija l-ewwel logħba fi Franza li tħassret.
Sal-Ġimgħa filgħaxija kien hemm 613-il persuna rriżulta li huma pożittivi għall-virus u kien hemm disa’ mwiet.
Ma ngħata l-ebda dettal dwar hux se ssir f’xi ġurnata oħra l-logħba.
Hemm aktar avvenimenti sportivi li qed ġew affetwati fi Franza. Fosthom hemm il-Maratona ta’ Pariġi u l-kompetizzjoni taċ-ċikliżmu minn Pariġi għal Nice.
Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe ħabbar li l-iskejjel fl-inħawi ta’ l’Oise, fit-Tramuntana u f’le Haut-Rhin, fil-Grigal tal-pajjiż, se jingħalqu għal ġimgħatejn.