Titħassar il-Premier League Hall of Fame

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-Premier League Hall of Fame tħassret minħabba l-epidemija tal-coronavirus.

Jidher li kien se jkun hemm żewġ plejers introdotti fl-avveniment li kien se jsir nhar il-Ħamis f’Londra. Kienet se tiġi mħabbra wkoll il-lista ta’ plejers li għamluha għall-finali għaċ-ċerimonja tas-sena d-dieħla.

Iżda issa, l-Premier League għadu jrid iħabbar il-pjanijiet li għandu ta’ kif se jiżvela l-ismijiet.

Il-futbol fl-Ingilterra ġie sospiż sa tal-inqas it-3 ta’ April minħabba t-tixrid tal-epidemija tal-coronavirus.

Il-klabbs tal-Premier League għandhom jiltaqgħu għal diskussjoni nhar il-Ħamis.

Il-bidu tal-Premier League Hall of Fame ġie mħabbar ix-xahar li għadda. Il-kandidati eleġibbli għandhom ikunu plejers irtirati mill-futbol. Il-karriera tal-plejer fil-Premier League biss tiġi kkunsidrata għal dan l-avveniment.