Titħassar il-Maratona tal-Volleyball b’risq Id-Dar tal-Providenza

Read in English.

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19  u għal raġunijiet tas-saħħa pubblika fid-dawl tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, Il-kumitat organizzattiv ħass il-ħtieġa li jħassar il-Maratona tal-Volleyball li kienet ippjanata li ssir fit-3, l-4 u l-5 ta’ Lulju ta’ din is-sena. 

Il-Maratona ssir bl-involviment ta’ bosta players tal-volleyball, uffiċċjali u voluntiera li s-saħħa tagħhom u tal-familjari tagħhom kif ukoll dik tar-residenti hija prijorità għad-Dar tal-Providenza.

Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil dawn kollha għall-impenn tagħhom u qed jappela beix anki dawn isegwu d-direttivi tal-Awtorijiet tas-Saħħa kull ħin u kull mument.