Titħassar il-maratona ta’ ġbir għall-bżonnijiet tal-Missjoni

Read in English.

Fiċ-ċirkostanzi preżenti fejn il-poplu Malti jinsab bir-raġun inkwetat fuq saħħet il-familja Maltija, il-Missio Malta ħasset li l-maratona ta’ ġbir għall-bżonnijiet tal-Missjoni li kienet se ssir nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu, tiġi posposta għal data oħra.

Missio Malta ħadu l-opportunità biex jgħidu grazzi mill-qalb lill-poplu Malti u Għawdxi li baqa’ dejjem ġeneruż biex tittaffa t-tbatija tal-faqar fid-dinja. Xtaqu wkoll jieħdu l-okkażjoni biex juru solidarjetà mal-Maltin u Għawdxin li bħalissa għaddejjin minn tbatija jew biża’ minn dan il-virus. Huma appellaw biex kulħadd jagħti sehmu ħalli bl-għajnuna t’Alla kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid.

Malli titħabbar id-data l-ġdida tal-maratona, newsbook.com.mt se jkun qed jikkomunika l-aġġornamenti li se jkunu qed jitwasslu.