Titħassar il-laqgħa bejn Trump u Kim Jong Un

trump

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ħassar il-laqgħa tiegħu ma’ Kim Jong Un, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, f’ittra li ħarġet mill-White House.
Il-laqgħa kellha ssir fit-12 ta’ Ġunju skont kif kien imħabbar aktar kmieni din is-sena.
Trump stqarr li huwa kien ħerqan sabiex jiltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, iżda fl-istess waqt tenna li jħoss li mhux f’waqtu li jiltaqgħu għalissa.
Dan wara li fi kliemu f’xi stqarrijiet riċenti Jong Un wera rabja kbira u nuqqas ta’ ostalità.