Titħassar il-Gran Prix ta’ Monaco

Monaco-F1

Il-Grand Prix ta’ Monaco tħassar u t-tlielaq fl-Olanda u Spanja ġew posposti minħabba l-coronavirus. L-ewwel erba’ tlielaq li kellhom isiru fl-Awstralja, l-Bahrain, il-Vietnaw u ċ-Ċina kienu diġà tħassru minħabba l-pandemija.

L-FIA qalet li qed tistenna li l-istaġun ta’ din is-sena jibda malli jkun hemm serħan il-moħħ dwar il-vajrus. Stqarret li l-istaġun żgur li mhux se jibda qabel Mejju. L-organizzaturi ta’ Monaco qalu li ma kienx possibbli li jirranġaw data għal meta għandu jibda l-istaġun.

The Monaco Grand Prix will not take place in 2020, announces Automobile Club de Monaco. It is the first time since 1954 that F1 will not race in the Principality

Posted by F1 on Thursday, March 19, 2020

Għad hemm it-tama li ż-żewġ tlielaq l-oħra jsiru aktar tard din is-sena.

Fi stqarrija kollettiva, il-promutturi tat-tellieqa fliemkien mal-F1 qalu li d-deċiżjoni ttieħdet biex l-istaff li jkun qed jivvjaġġa, il-parteċipanti u l-partitarji ma jimirdux.