Titħassar il-Fun Run minħabba l-Covid-19

Read in English.

Il-Fun Run ta’ din is-sena tħassret minħabba l-Covid-19.

Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-President tgħid li fl-aħħar jiem, saru diskussjonijiet mal-awtoritajiet dwar il-possibbiltà li l-Fun Run tiġi organizzata fil-forma ta’ mixja f’lokalitajiet differenti, madankollu ġie deċiż li jkun aħjar li ma ssirx għalkollox din is-sena.

🔹 L-edizzjoni tal-Fun Run ta’ din is-sena mhux se ssir Wara li fl-aħħar jiem kienet qed tiġi diskussa l-possibbiltà li…

Posted by The President's Solidarity Fun Run on Friday, October 30, 2020

Il-Fun Run hi waħda mill-attivitajiet annwali li jsiru b’risq il-Malta Community Chest Fund.