Titħalla tidħol l-għajnuna f’raħal fejn in-nies qed tmut bil-ġuħ

Il-Gvern Sirjan qabel li jħalli l-għajnuna umanitarja tidħol fir-raħal ta’ Madaja, li hu maħkum mir-ribelli u li fih il-popolazzjoni ta’ inqas minn 40,000 ruħ qed tmut bil-ġuħ.
In-Nazzjonijiet Magħquda kienet qed tagħmel pressjoni biex titħalla twassal ikel u għajnuna oħra hekk kif is-sitwazzjoni f’dan ir-raħal, qrib il-fruntiera mal-Libanu, hi estrema.
Rapporti mill-inħawi jgħidu li n-nies tal-post kienu qed jippruvaw jitrejqu mill-weraq tas-siġar u billi joqtlu annimali bħal klieb u qtates għalkemm il-borra li waqgħet fl-aħħar ġimgħat kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni.
Hu stmat li fl-aħħar jiem mietu 17-il persuna minħabba l-ġuħ.