Titħajjar tmur boxing b’risq l-Inspire?

Forsi qatt m'għaddietlek minn moħħok li tmur boxing, imma x'taħseb mill-idea li tmur boxing b'risq il-Fondazzjoni Inspire?
Għat-tieni darba, Fort Fitness qed torganizza sfida fiżika b'risq l-Inspire.
Kumpaniji madwar Malta kollha qed jiġu mistiedna jibagħtu wieħed mill-impjegati tagħhom biex jikkompetu fi sfida ta' boxing ma' kumpaniji oħra.
Kull logħba tikkonsisti minn tliet rawnds ta' żewġ minuti kull wieħed, b'waqfa qasira bejniethom.
Min hu interessat għandu jibgħat imejl lil Fort Fitness fuq info@fortfitness.com.mt.