Titħajjar taqbeż fil-baħar bħala Santa Klaws?

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru, il-lukanda Grand Hotel Excelsior se tkun qed torganizza l-avveniment annwali ta’ Santa Swim b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Turisti fil-lukanda, membri tat-tim kif ukoll il-pubbliku ġenerali jiġu msejħa biex jagħtu s-sehem tagħhom u jaqbżu fil-baħar kiesaħ, dejjem għal kawża ġusta.

Dawk interessati għandhom jirreġistraw fil-lobby tal-lukanda nhar il-Ħadd li ġej fl-10am. Id-donazzjoni minima hija ta’ €10.

Matul il-ħin ta’ filgħodu se jkun hemm diversi attivitajiet fosthom il-Banda tal-Pulizija li se tkun qed tilqa’ l-parteċipanti fil-lukanda billi tesegwixxi siltiet popolari tal-Milied. Se jkun hemm ukoll bosta attrazzjonijeit għat-tfal.

Għal din l-attività qed issir stedina lil plejers tal-waterpolo, kemm dawk irtirati kif ukoll dawk attivi, filwaqt li għawwiema se jkunu qed jgħumu madwar il-port.

Wara se jkun hemm xi ikel u xorb għal dawk li jipparteċipaw, li se jkunu jistgħu jagħmlu wkoll użu mill-faċilitajiet tax-xower. Xugamani u bathrobes ukoll se jkunu jistgħu jintużaw.

Għal din l-attività mistenni jattendi l-E.T. il-President George Vella.

Għal aktar dettalji ċemplu fuq 21250520 jew permezz tal-posta elettronika fuq christmasdesk@excelsior.com.mt