Titħajjar taħdem f’serje ġdida fuq TVM?

Jamie Cardona

Għas-sena d-dieħla TVM diġà għandu preparat żewġ sensiliet. Waħda minnhom hija Nsotalġija bis-sehem ta’ ħafna atturi stabbiliti, u direzzjoni ta’ Charles Stroud u se tkun qed tixxandar minn April.

Iżda qabilha, bejn Jannar u Marzu, it-Tnejn filgħaxija, se tkun qed titwassal is-sitkom Illaħwa bi produzzjoni ta’ Danusan.

Għal din is-sensiela qed issir sejħa biex atturi ġodda jingħaqdu f’din is-sensiela li se jkollha s-sehem ta’ ħafna atturi stabbiliti.

Interessat jew interessata? Kulma għandek tagħmel huwa li tibgħat id-dettalji tiegħek fuq l-indirizz elettroniku auditions@illahwa.com.

Segwi s-sejħa tal-atturi permezz tal-filmat f’dan il-link.