Titħajjar tagħmel kors mal-ITS?

ITS brochure

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), nieda l-prospektus il-ġdid għall-istudji full time għas-sena l-ġdida 2018/19.
Numru kbir ta’ korsijiet qed jiġu offruti lil studenti prospetti.
Il-korsijiet ivarjaw minn dawk bażiċi għal dawk li jwassluk għal livell ta’ degree. Uħud mill-korsijiet li wieħed jista’ jieħu huma; fl-ivvjaġġar, fl-ikel u x-xorb, preparazzjoni tal-ikel u bosta oħrajn.
L-istudenti tingħatalhom ukoll l-opportunità li jsiefru u jakkwistaw esperjenzi fi kċejjen, ristoranti u lukandi barranin.
Ir-reġistrazzjoni fetħet illum u għandha sal-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu sakemm tagħlaq. L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq il-websajt tal-ITS stess.