​Titħajjar tadotta tarbija fil-ġuf?

Dar Ġużeppa Debono, li taħdem fost l-ommijiet tfajliet, qed tilqa' talbiet  tal-familji li jixtiequ jadottaw tarbija spiritwalment u jakkumpanjawha bit-talb għad-disa’ xhur tat-tqala.
Dawk interessati jistgħu jibagħtu d-dettalji tagħhom flimkien ma’ isem il-parroċċa u l-isem li jixtiequ jagħti lit-tarbija, lil Dar Ġużeppa Debono, Triq Lourdes, Għajnsielem, jew għadduha lill-kappillan tal-parroċċa.
Barra minn hekk, Dar Ġużeppa Debono din is-sena se terġa’ tiċċelebra Jum il-Ħajja, b’quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu, nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar fil-5pm.
Il-quddiesa se tkun immexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech u fiha se jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf tal-omm.
Dawk il-ġenituri li qed jistennew tarbija u għandhom ħsieb li jattendu għandhom iċemplu fuq 21552595 jew jibagħtu imejl fuq info@darguzeppadebono.org.