​Titħajjar issemmi lit-tarbija Godstreasure, Spartacus jew Dior?

4,800 tarbija fir-Renju Unit għandhom ismijiet uniċi.
Skont ir-rekords nazzjonali, fl-2014 spikkaw l-ismijiet Dior, Reem, Godstreasure, Diamond-Leigh, Spartacus, Daily, Scout u Sherlock.
Saħansitra tarbija tifel issemma ‘M’.
Subien oħra issemmew għal futbolers popolari bħal Neymar, Pirlo u Zola. Trabi oħra ngħataw isem għal postijiet. Fosthom insibu London u Camden.
Għaqdiet tal-ġenituri qalu li l-ommijiet u l-missirijiet ta’ spiss jagħtu ismijiet differenti lil uliedhom biex iġiegħluhom iħossuhom speċjali. Madanakollu wissew li uħud mill-ismijiet jistgħu joħolqulhom problemi f’ħajjithom.