​Titħabbar r-raba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

Il-Gozo Sports Awards se jkunu qed isiru għar-raba’ sena konsekuttiva.
Fi stqarrija, il-Ministeru għal Għawdex qal li din l-attività qed tiġi organizzata mill-Bord għall-Isport f’Għawdex.
Qal li dawn il-premji jingħataw biex ikun hemm apprezzament lil dawk li jaħdmu biex jaslu fejn jixtiequ u anke lil dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ferħet lill-finalisti u rringrazzjat lil dawk li jikkontribwixxu biex l-isport f’Għawdex jitkattar.
Caruana faħħret id-dedikazzjoni ta’ żewġ atleti Għawdxin, Marlon Attard u Charlton Debono. Attard se jirrappreżenta lil Malta fil-logħob tal-Commonwealth u Debono se jirrappreżenta lil Malta fil-maratona ta’ Valencia fi Spanja.
Il-finali tal-Gozo Sports Awards se jsir il-Ġimgħa 20 ta’ April.
Ritratt: MGOZ – George Scerri