Titħabbar ir-rata tal-imgħax għal stock tal-Gvern

It-Teżor iħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta 2020 (VI) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn id-29 ta’ Ottubru, 2017 u t-28 ta’April 2018 (iż-żewġ dati nklużi), hi ta’ 0.476% p.a.
Din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ħamis 26 ta’Ottubru, 2017 b’-0.274%, flimkien ma’ spread ta’ 75 basis points.