Titħabbar ir-rata ta’ mgħax tal-Istock tal-Gvern

It-Teżor ħabbar li r-rata ta’ mgħax tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta 2018 (VII) b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja u marbuta mal-Euribor tas-sitt xhur għall-perjodu bejn it-12/12/2017 u l-11/06/2018 (iż-żewġ dati nklużi) hi ta’ 0.629p.a. 
Fi stqarrija, it-Teżor qal li din ir-rata ta’ mgħax hija bbażata fuq ir-rata tal-Euribor tas-sitt xhur fis-seħħ u ppublikata l-Ħamis 7 ta’ Diċembru, 2017 b’ -0.271% flimkien ma’ spread ta’ 90bps.
Dan l-avviż qiegħed jiġi maħruġ skont paragrafu 7(e) tal-Prospett li ġie ppublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta’ Mejju, 2014 taħt in-Notifika tal-Gvern Nru.486.