Titħabbar il-mewt tar-raġel ta’ Celine Dion

Il-maħbub ta’ Celine Dion, René Angélil tilef il-ġlieda kontra l-kanċer fl-eta ta’ 73 sena.
Minħabba fil-marda tiegħu għal snin twal Dion waqqfet l-impenji tagħha mużikali biex tkun qrib żewġha tassistih fil-bżonnijiet ta’ saħħtu.
Apparti li kien ir-raġel tagħha, René Angélil kien ukoll dak li meta kellha biss 18-il sena, ħeġġeġ lill-kantanta biex tistudja l-Ingliż u tagħmel bosta bidliet fid-dehra tagħha biex b’hekk tinfiltra aktar fix-xena mużikali.
Sentejn wara fl-1988 Dion rebħet il-Eurovision Song Contest u minn hemm qatt ma ħarset lura fil-karriera mużikali tagħha.
Bejn Dion u żewġha kien hemm differenza ta’ 26 sena.